Monday, May 13, 2024

Raġel l-isptar wara li safa ferut f’għonqu b’oġġett ippuntat fil-Mosta

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel kellu jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei b’ambulanza wara li aktar kmieni għall-ħabta ta’ 2:45 p.m kien involut f’każ li seħħ fi Triq EB Vella fil-Mosta.

Skont l-ewwel informazzjoni minn fuq il-post, ir-raġel safa milqut f’għonqu b’oġġett ppuntat minn raġel ieħor li qiegħed jiġi mitkellem mill-Pulizija.

Fuq il-post issejħet ambulanza oħra u tim mediku li mistennija tieħu lit-tieni raġel imsemmi għall-osservazzjoni.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar informazzjoni kif taslilna…

Sport