Għall-dawn l-aħħar tliet snin, mal-ġenb tat-triq f’Marsaxlokk, uffiċjali tal-Malta Ranger Unit kienu jsibu kartuna tal-ħalib ġo borża tal-plastik u ġie nnutat li din kienet qed tkun mimlija bil-ħmieġ tal-bniedem.
Dwar dan, lura għall-2020 kien sar rapport li dan l-att kien qed isir kuljum minn raġel. Dan qalitu l-Malta Ranger Unit f’messaġġ fuq Facebook, fejn kompliet tispjega li dawn il-boroż telgħu għal madwar 1,000.
Minkejja li ttieħdu diversi tentattivi, ir-raġel li kien qed iwettaq dan il-vandaliżmu ma nqabadx. Kompliet tispjegal li xi uffiċċjali damu madwar ġimgħa josservaw l-istess post fejn kien qed isir il-vandaliżmu.
Il-messaġġ intemm bil-fatt illi r-raġel se jkun qiegħed jitressaq il-Qorti, akkużat li rema skart illegali u li ħoloq riskju fuq is-saħħa pubblika, liema jistgħu jwassluh biex jeħel multa sa massimu ta’ €6,000.