Tuesday, December 24, 2024

Raġel minn Singapore arresat u mmultat talli ħoloq kontenut fuq OnlyFans

Aqra wkoll

Raġel minn Singapore spiċċa arrestat u immultat wara li xerred ritratti u filmati fuq is-sit tal-adulti OnlyFans. Dan kien l-ewwel każ li fih persuna ġiet arrestata talli ħolqot kontenut fuq dan is-sit. 

Titus Low weħel multa ta’ S$3,000 kif ukoll ingħata sentenza ta’ tliet ġimgħat ħabs talli aċċessa l-kont tiegħu fuq dan is-sit minkejja li l-pulizija kienu ordnawlu biex ma jagħmilx dan. Dan il-każ nissel tħassib kbir ġewwa dan il-pajjiż fost persuni li joħolqu kontenut fuq OnlyFans. Ġewwa Singapore huwa illegali li wieħed jittrażmetti materjal oxxen permezz ta’ mezzi elettroniċi jew jieħu sehem jew jirċievi profitti minn negozju li jittrażmetti tali materjal.

L-avukati ta’ Low meta tkellmu ma’ BBC qalu li dan il-każ ħoloq preċedent għal utenti oħrajn ta’ dan is-sit li issa qed jissograw li jispiċċaw bħall-klijent tagħhom. 

Ekonomija

Sport