Friday, January 10, 2025

Raġel mixli bi qtil jammetti li seraq minn dar f’Raħal Ġdid

Aqra wkoll

Ronald Urry ta’ 60 sena li jinsab mixli bi qtil li seħħ fl-2013 u bħalissa jinsab fuq ħelsien mill-arrest, ingħata sentenza ta’ sentjen ħabs wara li ammetta li serqa minn dar. Din is-serqa seħħet fit-8 ta’ Diċembru li għadda minn residenza f’Raħal Ġdid.

L-akkużat ġie mixli wkoll li ħarab mill-kustodja tal-pulizija, li hedded lill-uffiċjali tal-pulizija kif ukoll li kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti.

Quddiem il-Maġistrat Lara Lanfranco huwa ammetta dawn l-akkużi.

Urry flimkien ma’ Jason Galea jinsabu wkoll għaddejjin minn proċeduri dwar il-qtil ta’ Matthew Zarha li kien seħħ fl-2013. Kien fl-2014 meta ż-żewġ akkużati kienu ngħataw il-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet.

Zarha, kien ġie rraportat nieqes u xi jiem wara kien instab il-katavru tiegħu midfun f’għalqa f’Birżebbuġa. Hemm kienu nstabu wkoll maqtula u midfuna Mario Camilleri u ibnu. Jason Galea u George Galea kienu ġew mixlija bil-qtil ta’ Camilleri. Huma qed jistennew li jgħaddu ġuri.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport