Wednesday, June 24, 2026

Raġel mixli li fil-pussess tiegħu kellu 35kg ta’ kokaina

Aqra wkoll

Milan Sobat ta’ 44 sena mill-Bosnia, tressaq il-Qorti fejn ġie akkużat li nhar il-Ħadd filgħodu nqabad fil-pussess ta’ 35kg ta’ kokaina. 

Kienu l-uffiċjali tad-Dwana li waqqfu lil Sobat li kien għadu kemm wasal minn Sqallija bil-vettura tiegħu.

Fil-qorti ntqal li l-uffiċjali tad-Dwana ġiehom suspett fl-imputat u waqqfuh hekk kif niżel mill-katamaran. Bil-każ ġew informati l-pulizija li komplew bl-investigazzjonijiet tagħhom.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Joe Mifsud.

L-imputat wieġeb mhux ħati tal-akkużi, u d-difiża qalet li f’dan l-istadju mhux se titlob għall-ħelsien mill-arrest. Il-qorti ordnat li l-imputat jibqa’ jinżamm arrestat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Il-Qorti wkoll ordnat l-iffriżar tal-assi kollha tiegħu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport