Sunday, December 22, 2024

Raġel mixli li ħebb għal sieħbu talli allegatament seraqlu €150

Aqra wkoll

Abdulfatah Abdullahi Gafow, Somalu ta’ 33 sena residenti Birżebbugia quddiem il-Maġistrat Kevan Azzopardi wieġeb mhux ħati li weġġa’ gravi lil sieħbu wara li allegatament il-vittma seraqlu €150.

Ir-raġel li jaħdem fil-kostruzzjoni ġie akkużat li ħebb għal sieħbu li kien instab minn uffiċjali tal-Pulizija mixħut mal-art b’diversi ġrieħi. Hu kien ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-Avukat Francesca Zarb li qed tmexxi d-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, iżda din it-talba sabet l-oġġezzjoni tal-Prosekuzzjoni minħabba li l-vittma għad irid jixhed. Il-Prosekuzzjoni qalet ukoll li l-vittma ma jistax ikun protett minħabba li t-tnejn li huma jgħixu fl-istess residenza.

Fil-Qorti deher ukoll rappreżentant mill-komunità tas-Somali li qal kif il-vittma jixtieq jaħfer lill-akkużat, iżda ma setax ikun preżenti minħabba li ma jiflaħx.

Wara li l-Maġistrat sema liż-żewġ naħat, laqa’ t-talba tad-difiża biex jingħata l-ħelsien mill-arrest bil-kundizzjoni li jiffirma3 darbiet fil-ġimgħa l-għassa ta’ Ħaż-Żabbar, jiddepożita €500 u jagħmel tajjeb b’garanzija personali ta’ €7,500 waqt li ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni fuq il-vittma.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Juliana Magro Conti mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Ispettur Roderick Agius.

Ekonomija

Sport