Monday, July 13, 2026
Home Aktar Raġel Sirjan imfittex b’mandat t’arrest Ewropew arrestat f’Malta

Raġel Sirjan imfittex b’mandat t’arrest Ewropew arrestat f’Malta

0
751

Il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra t-Terroriżmu, arrestat persuna ta’ nazzjonalita’ Sirjana ta’ 48 sena, li kien imfittex b’Mandat ta’ Arrest Ewropew maħruġ mill- Ungerija.

L-istess Mandat ta’ Arrest Ewropew jindika li l-istess persuna hija mfittxija fuq traffikar ta’ persuni kif wkoll li ffaċilita’ permessi ta’ dħul u residenza llegali.

Ir-raġel se jitressaq il-Qorti llum quddiem il- Maġistrat tal-Għassa Nadine Lia.