Friday, February 6, 2026

Raġel suspettat fl-għajbien ta’ tifel ta’ erba’ snin fl-Awstralja

Aqra wkoll

Wara erba’ xhur ta’ ħidma intensa, il-pulizija fl-Awstralja identifikat raġel bħala suspettat fl-għadda jilgħab barra d-dar ta’ nanntu f’razzjon remot tan-nagħaġ madwar 300 kilometru bogħod minn Adelaide, il-belt kostali kożmopolitana tal-Awstralja t’Isfel.

Irriżulta li n-nanna tiegħu ħallietu waħdu għal madwar nofs siegħa qabel ma marret tiċċekkjah, u sabet lit-tifel kien għeb. Dan il-każ wassal għal waħda mill-akbar tfittxijiet fuq l-art u mill-ajru fl-istorja tal-istat Awstaljan ta’ Victoria.

Il-pulizija qalet li persuna li tgħix fil-proprjetà ġiet identifikata bħala suspettat ewlieni fl-istess waqt ikkonfermat li l-ġenituri tat-tifel ma kinux qed jiġu investigati.

Fil-jiem u l-ġimgħat wara li t-tifel ġie rrappurtat nieqes, il-pulizija wettqet tfittxijiet estensivi, li koprew madwar 470km kwadru – żona bejn wieħed u ieħor id-doppju tad-daqs tal-belt ta Edinburgh – madwar id-dar tiegħu, f’Oak Park.

Fl-aħħar ta’ Ottubru, il-pulizija waqqfet l-isforzi tagħ­ha u ħatret task force ta’ 12-il membru biex titkompla l-investigazzjoni. 

It-task force għarblet l-istqarrijiet preċedenti mogħtija minn membri tal-familja li identifikaw numru ta’ inkonsistenzi u diskrepanzi fil-kronoloġija tal-fatti madwar l-għajbien tat-tifel.

Bħala riżultat ta’ dawn l-inkonsistenzi, u l-investigazzjonijiet dwarhom, persuna li tirrisjedi fl-istazzjon ta’ Oak Park irtirat l-appoġġ tagħha għall-pulizija u m’għadhiex tikkoopera magħhom. Il-pulizija wettqet tfittxija fil-proprjetà tiegħu f’Jannar u kkonfiskat numru ta’ oġġetti inkluż vettura, mutur u xi apparati elettroniċi.

L-investigaturi kienu inizjalment ikkunsidraw tliet xenarji possibbli – it-tifel telaq minn fejn kien, ġie maħtuf, jew xi ħadd magħruf kien involut fl-għajbien u suspett li tfajjel inqatel.

Minħabba l-post remot fejn tinsab il-proprjetà, il-pulizija eskludiet is-suspett li t-tifel seta’ kien inħataf. 

Fl-istess waqt ikkonkludiet li ma kien hemm l-ebda evidenza li tissuġġerixxi li t-tfajjel kien sempliċement telaq minn jeddu minn fejn kien l-aħħar li deher.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport