Tuesday, February 11, 2025

Raġel ta’ 24 sena mill-Imtarfa hu l-vittma tal-inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Raġel ta’ 24 sena hu l-vittma li għall-ħabta tad-9.00pm tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku. Ir-raġel hu mill-Imtarfa.

Miegħu fil-karozza tal-għamla BMW kien hemm raġel ieħor ta’ 23 sena wkoll residenti l-Imtarfa.

Filwaqt li x-xufien ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post, il-passiġġier ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u l-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa.

L-ewwel investigazzjonijiet juru li s-sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura u spiċċa fuq il-karreġġata opposta li tagħti lejn il-bidu tal-mina direzzjoni lejn iż-Żurrieq, b’impatt mal-pilastri tal-konkos li fuqhom tistrieħ it-triq tal-Ajruport.

Aktar kmieni: Raġel jitlef ħajtu f’inċident ħdejn il-mini ta’ Ħal Kirkop

Xufier tilef ħajtu hekk kif kien involut f’inċident tat-traffiku fil-mina ta’ Ħal Kirkop fl-akkwati tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Jidher li miegħu kien hemm passiġġier li ttieħed l-Isptar Mater Dei.

Fuq il-post marru l-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li mill-ewwel bdew operazzjoni biex jinħarġu l-persuni mill-vettura. Tabib li mar fuq il-post iċċertifika lix-xufier mejjet.

Il-Pulizija qed jinvestigaw, waqt li ġie informat il-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport