Friday, October 2, 2026
Home Sport Tuchel isostni li mhux se  jeskludi players ta’ Man City mit-team nazzjonali...

Tuchel isostni li mhux se  jeskludi players ta’ Man City mit-team nazzjonali Ingliż

0
85

Il-coach tal-Ingilterra, Thomas Tuchel, qal li jkun lest jagħżel players ta’ Manchester City anke jekk il-club jiġi relegat mill-Premier League. 

Is-City jinsabu f’riskju ta’ relegazzjoni jew tkeċċija mill-ogħla diviżjoni wara li nstabu ħatja ta’ aktar minn 100 ksur tar-regolamenti tal-Premier League, għalkemm il-club appella kontra l-verdett.

Għal dan il-perjodu internazzjonali, Tuchel sejjaħ lil Marc Guehi, Elliot Anderson u Nico O’Reilly, iżda O’Reilly irritorna ma’ City minħabba injury. 

Tuchel qal li dejjem jipprova jagħżel l-aqwa team disponibbli u mhux se jeskludi player sempliċement għax il-club tiegħu ma jkunx qed jilgħab fl-ogħla diviżjoni.

Il-coach ammetta wkoll li l-każ tas-City huwa suġġett kbir fost il-players fil-kamp tal-Ingilterra. Huwa qal li l-players tas-City tkellmu dwar il-kwistjoni, iżda sostna li Guehi u Anderson jinsabu lesti biex jilagħbu kontra l-Kroazja.

Guehi mistenni jibda, filwaqt li Ezri Konsa jista’ jingħaqad miegħu fid-difiża wara li rkupra minn problema fiżika.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here