Raġel ta’ 43 sena jinsab arrestat b’suspett ta’ delitt wara li mara illi waqgħet għoli ta’ blokk ta’ flats fi Bristol ilbieraħ filgħodu tilfet ħajjitha.
L-allarm dwar dan il-każ beda meta persuna li kienet tinsab f’dawk l-inħawi bejn il-lejl tat-Tnejn u t-Tlieta, rat mara taqa’ mit-13-il sular.
Tim mediku ssejjaħ fuq il-post fejn ta l-ewwel għajnuna lill-mara, però hija ġiet iċċertifikata mejta fil-post fejn seħħ il-każ, fid-distrett ta’ Easton fi Bristol.
L-Ispettur Deepak Kenth iddikjara li l-vittma u r-raġel li jinsab fil-kustodja tagħhom kienu jafu lil xulxin.
L-investigazzjonijiet marbuta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.