Saturday, November 2, 2024

Raġel ta’ 46 sena l-iżgħar fost il-95 persuna li mietu bil-Covid-19 f’pajjiżna

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ikkonferma li tliet persuni mietu waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19.

Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 84 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fid-29 ta’ Ottubru, miet aktar kmieni llum fil-Good Samaritan Long Term Care Facility aktar kmieni llum.

Fit-tieni każ anzjan ta’ 82 sena li rriżulta pożittiv għall-Covid-19 fl-14 ta’ Ottubru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ, raġel ta’ 46 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-10 ta’ Ottubru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, ta l-kondoljanzi lill-familjari u appella biex kulħadd jsegwi l-miżuri ta’ prevenzjoni, fosthom l-ilbies tal-maskra, id-distanza fiżika u l-ħasil tal-idejn, hekk biss nistgħu nipproteġu lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.

Sport