Kien għall-ħabta tal-11.00 pm meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm raġel mitluf minn sensih f’parkeġġ, fir-Rabat.
Il-Pulizija flimkien ma’ tim mediku marru mill-ewwel fuq il-post, sabu lill-vittma u ttieħed mill-ewwel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat mill-ewwel li l-kundizzjoni tiegħu hija waħda serja.
Mill-investigazzjonijiet li saru jidher li l-vittma, li aktar tard ġie identifikat li għandu 56 sena u residenti Ħ’Attard, kien involut f’argument fl-istess parkeġġ, bil-konsegwenza li huwa waqa’ u sofra xi ġrieħi.
Dwar dan il-każ, il-Pulizija qed tkellem persuna sabiex jgħinha fl-istħarriġ.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello LL.D qiegħda tmexxi inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.