Monday, December 23, 2024

Raġel trans iħossu aktar sigur tqil fil-perjodu tal-pandemija

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Raġel trans (persuna li ġiet identifikata bħala mara fit-twelid u biddel il-ġeneru għal wieħed maskili) ddeċida li jżomm il-fakultà li xi darba jġorr tarbija fil-ġuf tant li fl-2020 welled wild mir-raġel tiegħu. Waħda mill-aktar affarijiet li għenitu kienet proprju l-pandemija u r-restrizzjonijiet imposti minħabba li b’dan il-mod huwa evita li jkun attakkat jew insultat min-nies li ma jaċċettawx l-għażliet tiegħu bħala persuna trans tqil.

Il-ġurnal “Insider” ħa estratt ta’ edizzjoni limitata tal-pubblikazzjoni “Not Another Parenthood Guide” li fiha jinqasmu esperjenzi ta’ persuni varji u fosthom hemm dik ta’ Bennett u Malik Kaspar-Williams li saru ġenituri għall-ewwel darba s-sena l-oħra. 

“Xi darba ġismi jista’ jġorr tarbija… meta rrealizzajt dan ħassejtni ffortunat għax naf kemm hemm irġiel cisgender u nisa trans li ma jistgħux iġorru tarbija fil-ġuf tagħhom. Nista’ nesperjenza kemm il-ġeneru trans tiegħi kif ukoll inkun parteċipi fi twelid ta’ tarbija,” spjega Bennett.

Huwa u r-raġel tiegħu, Malik, kienu tkellmu dwar il-possibbiltà li fil-futur jkollhom tarbija iżda tmien xhur wara li ltaqgħu Bennett beda jikkonsidra jneħħi l-utru għax li kellu problemi bl-ormoni. Malik kien diżappuntat bl-aħbar minħabba li kien qiegħed jittama li xi darba jkollhom tarbija minn tagħhom però ma talabx li ma jsirx l-intervent meħtieġ. 

Il-problemi tal-ormoni tingħad li telqet waħida u l-koppja żżewġu. Bennett waqqaf it-terapija tal-ormoni u bdew jipprovaw għal tarbija f’Jannar tas-sena l-oħra. Kien fi Frar li ż-żewġt irġiel kellhom riżultat ta’ tqala pożittiva. 

“Li kont tqil fi żmien il-pandemija kien ta’ benefiċċju għalija u dan minħabba li l-kwarantina żammitni ‘l bogħod minn attakki jew vjolenza bbażata fuq il-ġeneru minħabba li jien persuna mhux konformista u ovvjament kelli tqala li wieħed faċilment seta’ jinnotaha,” spjega dan ir-raġel.

Ħaġa li lmenta dwarha Bennett kienet dik li r-raġel tiegħu ma setax jipparteċipa ħafna fit-tqala minħabba li dak kollu li kien isir barra mid-dar tagħhom bħal viżti għand it-tabib jew fl-isptar, ma kellux permess jidħol għalihom. “Anke fl-isptar ma ħallewhx jidħol ħlief fl-aħħar mumenti li wasalt biex inwelled,” spejga Bennett.

Huwa qasam l-istorja tiegħu biex jipprova jbiddel il-mentalità tan-nies u jwassal tagħrif dwar persuni trans li jsiru rġiel imma xorta waħda jixtiequ li jġorru tarbija. 

Din il-persuna sostniet li, “it-tqala m’għandhiex tkun marbuta man-nisa biss u dan minħabba li din is-sitwazzjoni toppressa lil ħafna nies fosthom nisa stess li n-natura ma tippermettilhomx li jkollhom tfal. Barra minn dawn hemm il-persuni li jitniżżlu bħala maskili meta jitwieldu anke jekk dawn ikunu cisgender, kif ukoll nisa cis b’ideat mhux konformi u tradizzjonali li jridu li jkollhom tarbija bil-mod tagħhom”.  

Ekonomija

Sport