Friday, April 19, 2024

Dħul b’xejn għall-ħaddiema tal-isptarijiet, pulizija, suldati u gwardjani tal-ħabs ġewwa l-Arka ta’ Noe

Aqra wkoll

Ħaddiema tal-isptarijiet, pulizija, suldati u gwardjani tal-ħabs li jixtiequ jżuru l-Arka ta’ Noe se jkollhom opportunità unika biex jagħmlu dan.

Dan hekk kif sid l-Arka ta’ Noe, Anton Rea Cutajar, ħabbar li nhar is-Sibt 13 ta’ Novembru, dawn il-ħaddiema se jkunu jistgħu jidħlu b’xejn.

Cutajar assigura li f’każ ta’ min jaħdem l-isptar, kulħadd jista’ jżur b’xejn dan il-post tkun xi tkun il-kariga li wieħed ikollu. F’dan il-każ, dawk il-ħaddiema għandhom jieħdu magħhom it-tag.

Huwa qal ukoll li s-Sibt se jkun l-ewwel Sibt minn sensiela ta’ ġranet hekk kif se jqassmuh fuq ġranet oħra biex min ma jmurx is-Sibt, jew ikun qiegħed xogħol, ikun xorta jista’ jmur f’Sibtijiet oħra.

“Aħna tal-Arka ta’ Noe se nagħtu xi ħaġa lura lil dawk kollha li jgħinu lis-soċjetà,” qal Cutajar.

Intant, dalgħodu huwa wkoll qal li se jkunu qed iħabbu data oħra fejn jagħmlu attività b’xejn għat-tfal bl-awtiżmu u bi bżonnijiet speċjali u l-ġenituri tagħhom 

Sport