Friday, May 3, 2024

Raheem Sterling se jieħu deċiżjoni dwar il-futur tiegħu fil-ġimgħat li ġejjin

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Manchester City, Raheem Sterling, se jkun qed jieħu deċiżjoni dwar il-futur tiegħu qabel ma s-Citizens jivvjaġġaw lejn l-Istati Uniti għat-tour tagħhom ta’ qabel l-istaġun, ix-xahar id-dieħel.

It-team immexxi minn Pep Guardiola għandu jilgħab żewġ partiti ta’ ħbiberija kontra l-Amerika u Bayern Munich fl-20 u fit-23 ta’ Lulju rispettivament qabel ma jiffaċċaw lil Liverpool fil-finali tal-Community Shield fit-30 ta’ Lulju.

Il-futur ta’ Sterling kien suġġett ta’ spekulazzjoni f’dawn l-aħħar ġimgħat, bl-attakkant maħsub li qed jikkunsidra li jitbiegħed mill-Etihad Stadium fis-suq attwali.

Sport