Saturday, December 21, 2024

Raheem Sterling u Timo Werner fost il-miri ta’ Newcastle United

Aqra wkoll

Newcastle United ħejjew short list ta’ miri ta’ 10 players qabel it-twieqi tat-trasferimenti li ġejjin.

Issa proprjetà tal-Fond għall-Investiment tal-Arabja Sawdija, il-Magpies għandhom il-poter finanzjarju li jonfqu flus kbar fi żmien qasir minħabba n-nefqa netta baxxa preċedenti tagħhom.

Is-sidien il-ġodda tal-club diġà identifikaw 10 players ta’ profil għoli, lista li tinkludi l-winger ta’ Manchester City Raheem Sterling.

Numru ta’ players oħra tal-Premier League qed jiġu segwiti wkoll, inklużi Timo Werner ta’ Chelsea u d-duo ta’ Arsenal Pierre-Emerick Aubameyang u Alexandre Lacazette.

Tentattivi biex jiġu ffirmati Gareth Bale u Luka Jovic qed jiġu kkunsidrati wkoll b’ Real Madrid magħrufa li huma kuntenti li jċedu liż-żewġ attakkanti.

Paris Saint-Germain jistgħu jirċievu offerti għal Keylor Navas u Mauro Icardi, filwaqt li Philippe Coutinho ta’ Barcelona u Kingsley Coman ta’ Bayern Munich huma wkoll possibbiltajiet.

Ekonomija

Sport