Thursday, December 19, 2024

“Raisa se tibqa’ tiġġieled għal dawk kollha bħalha li qed jibżgħu jitkellmu”

Aqra wkoll

Id-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia tkellem fil-Parlament dwar il-każ ta’ Raisa Falzon li kien hemm min għadda kummenti dispreġġjattivi kontriha minħabba d-diżabilità tagħha. 

Huwa qal li tkellem ma’ Raisa u qaltlu li xtaqet li jkun il-leħen tagħha biex twassal dan il-messaġġ li trid tibqa’ tiġġieled mhux għaliha imma għal dawk kollha bħalha li forsi qed jibżgħu jitkellmu. 

Delia sostna li kull min għaddej minn trawma bħal din m’għandux jibża’ jitkellem iżda jersaq ‘il quddiem. Qal li huwa min qed jagħmel kummenti ta’ dak it-tip minn wara l-kompjuter “huwa l-beżgħan, kodard u ġifa.” 

Delia tenna li din il-liġi kien hemm bżonnha għax qed tirrikonoxxi li s-cyber bullying u s-cyber stalking huwa reat punibbli mhux biss bil-flus imma wkoll bil-ħabs.

Ekonomija

Sport