Saturday, December 28, 2024

Ralf Rangnick ikkritikat bl-aħrax mill-eks president ta’ Lokomotiv Moscow

Aqra wkoll

L-eks president ta’ Lokomotiv Moscow ikkritika bl-aħrax lil Ralf Rangnick talli ‘ġab il-flus qabel il-lealtá’ qabel il-ħatra tiegħu bħala manager interim ta’ Manchester United.

Rangnick ta’ 63 sena kien identifikat bħala l-kandidat preferut tal-United biex imexxi lit-team fuq bażi temporanju sa tmiem l-istaġun wara li l-ġimgħa li għaddiet keċċew lil Ole Gunnar Solskjaer.

Il-coach ta’ esperjenza Ġermaniż inizjalment irrifjuta offerta biex imexxi lit-team sa tmiem l-istaġun iżda aċċetta t-termini riveduti tagħhom wara li ġie offrut irwol ta’ konsulenza biex jibqa’ f’Old Trafford.

Rangnick mistenni jitħabbar uffiċjalment mill-United nhar il-Ġimgħa iżda qabel it-tħabbira, l-eks president ta’ Lokomotiv Nikolai Naumov, ikkritika lill-kap tal-isports u l-iżvilupp li telaq mill-club Russu b’mod ħesrem.

“Il-każ mhuwiex dwar Manchester United jew xi tradiment.  Rangnick huwa negozjant,” qal Naumov

“Hu assolutament ma jimpurtahx mill-futbol, ​​għax madwaru jagħmel negozju biss. U aktar ma jkopri pajjiżi, kampjonati u clubs tal-futbol, ​​aktar se jaqla’ flus. Huwa assolutament indifferenti għal Lokomotiv. Ma ġiex hawn biex jitkellem u jieħu ħsieb il-futbol… ​​iżda biex jaqla’ l-flus.

Ekonomija

Sport