Tuesday, May 14, 2024

Ralf Rangnick mhux se jibqa’ ma’ Manchester United bħala konsulent

Aqra wkoll

Ralf Rangnick mhux se jibqa’ ma’ Manchester United bħala konsulent minkejja li kien qabel ma’ kuntratt ta’ sentejn mal-club.

Il-manager ta’ 63 sena mexxa lil Manchester United fuq bażi temporanja fit-tieni nofs tal-istaġun 2021-22 wara t-tluq ta’ Ole Gunnar Solskjaer bħala manager f’Novembru li għadda.

L-aħħar logħba ta’ Rangnick fit-tmun tar-Red Devils kienet it-telfa ta’ 1-0 fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet kontra Crystal Palace, b’Erik ten Hag issa se jkun qed jieħu uffiċjalment il-kariga ta’ manager mal-club minn Old Trafford.

Sport