Wednesday, December 18, 2024

Rangers mhux se jiffirmaw lil Amad Diallo

Aqra wkoll

Rangers m’għandhom l-ebda intenzjoni li jiffirmaw lill-winger ta’ Manchester United, Amad Diallo, b’mod permanenti dan is-sajf, u huma ħerqana li l-perjodu ta’ self tiegħu jintemm fl-‘ewwel opportunità’.

Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena mar jilgħab f’Ibrox Stadium f’Jannar li għadda bi ftehim temporanju sa tmiem l-istaġun u kellu bidu mill-isbaħ għall-ħajja fi Glasgow, fejn skorja fid-debutt tiegħu fir-raba’ minuta biss kontra Ross County.

Madankollu, minn dakinhar Diallo deher biss ħames darbiet fil-kompetizzjonijiet kollha, inklużi tliet dehriet bħala sostitut, u jidher li naqas milli jħalli impatt taħt il-gwida ta’ Giovanni van Bronckhorst.

Huwa mifhum li Rangers m’għandhom l-ebda pjan li jidħlu f’negozjati ma’ Manchester United dwar trasferiment permanenti propost u l-winger mistenni jirritorna Old Trafford fl-aħħar ta’ Mejju li ġej.

Ir-Red Devils se jfittxu li jerġgħu jisilfu lil Diallo qabel l-istaġun 2022-23 peress li huma ħerqana li l-player internazzjonali tal-Kosta tal-Avorju jikseb football regolari tal-ewwel team.

Il-club tas-Serie A Sassuolo hu maħsub li kien interessat fi ftehim ta’ Jannar għal Diallo, iżda United għażlu li minflok jibagħtu lill-player żagħżugħ b’self ma’ Rangers.

Diallo ingħaqad ma’ Manchester United mingħand Atalanta għal madwar £34m f’Jannar tas-sena l-oħra, u ffirma kuntratt sa Ġunju 2025.

Ekonomija

Sport