Sunday, November 24, 2024

Rankings tal-FIFA: L-Afrikani u l-Asjatiċi javvanzaw

Aqra wkoll

Għalkemm huwa l-każ ta’ kif baqgħu l-ewwel 10 ti­mijiet dan wassal biex fl-aħħar lista tal-FIFA Rankings tal-irġiel kien hemm ħafna movimenti iktar ‘l isfel fil-lista wara li f’Jannar u Frar intlagħbu t-Tazza Asjatika u t-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani.

Intant, fuq iż-żewġ kontinenti xejn inqas minn sitt ti­mi­jiet telgħu 10 postijiet jew aktar. Il-finalisti n-Niġerja telgħu 14-il post u jinsabu t-28 waqt li Angola, li tilfu fil-kwarti-finali, telgħu 24 post u issa qed jokkupaw it-93 wieħed.

F’dawk li huma punti, il-Qatar, li rebħu t-Tazza Asjatika, telgħu fis-37 post meta kisbu l-ikbar total ta’ punti, 92.04, meta approfittaw mill-vantaġġ li lagħbu f’darhom.

Il-Ġordan telgħu 17-il post wara li tilfu fil-finali u t-Taj­landja jinsabu fil-101 post wara li telgħu 12.

Fl-ewwel 10 postijiet ma kien hemm l-ebda ċaqlieq bl-Arġentina jibqgħu fuq segwiti minn Franza u l-Ingilterra f’din l-ordni.

Malta baqgħet fil-172 post, l-istess bħall-avversarji tan- Nations League, il-Moldova (155) u Andorra (164).

Sport