Monday, December 23, 2024

Rankings tal-FIFA: Malta titla’ sitt postijiet

Aqra wkoll

Bejn il-finali ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA 2022 fil-Qatar, il-partiti tal-UEFA u tal-CONCACAF Nations Leagues, il-kwalifikazzjoni għall- kampjonati kontinentali fl-Asja u fl-Afrika, u għadd ta’ logħbiet ta’ ħbiberija, ma kienx hemm nuqqas ta’ football internazzjonali mill-aħħar edizzjoni tal-FIFA/Coca-Cola World Ranking f’Marzu.

Matul dan il-perjodu seħħew total ta’ 280 logħba internazzjonali b’ramifikazzjonijiet sinifikanti fil-klassifika: mill-211-il pajjiż elenkati fil-klassifika globali, 177 esperjenzaw moviment.

Tliet xhur wara li ħadu l-ewwel post fil-klassifika dinjija tal-FIFA mill-Belġju, il-Brażil kabbru d-distakk fuq l-eqreb rivali tagħhom biex b’hekk l-ewwel 10 issa huma: 1. Brażil; 2. Belġju; 3, Arġentina; 4. Franza; 5. Ingilterra; 6. Spanja; 7. Italja; 8. Olanda; 9. Portugall; 10. Danimarka.

Il-Ġermanja jinsabu fil-11-il post b’wa­rajhom jiġu l-Messiku (12), l-Urugwaj (13) u l-Istati Uniti (14).

It-team Malti (168) għamel qabża sinifikanti ta’ sitt postijiet bis-saħħa taż-żewġ rebħiet fuq San Marino li jinsabu fl-aħħar post (211) filwaqt li l-Estonja (109) huma t-team l-ieħor fil-grupp ta’ Malta fil-UEFA Nations League.

Ekonomija

Sport