Il-manager ta’ Manchester United, Erik ten Hag, qal li Raphael Varane għandu ċans li jkun tajjeb għall-partita mill-Premier League tal-Ħadd kontra Everton.
L-internazzjonali Franċiż tilef il-konfront tal-Europa League tal-Ħamis ma’ Omonia minħabba l-injury fl-għaksa li sofra fl-ewwel taqsima tad-derby ta’ Manchester fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.
Meta kien qed jitkellem eżatt wara t-telfa ta’ 6-3 kontra Manchester City, Ten Hag deher jeskludi problema serja lid-difensur ċentrali, u sostna li ried jevita li jirriskja “injury akbar” billi jissostitwih.