Friday, September 6, 2024

Raphael Varane ma’ Bayern Munich?

Aqra wkoll

Id-difensur ċentrali Franċi,ż Raphael Varane, mistenni jitlaq lil Manchester United ftit tal-jiem oħra. Dan il-plejer mhux qed jingħata ċans li jilgħab b’mod regolari mill-kowċ Erik Ten Hag u dan kollu se jwassal sabiex jitlaq minn Old Trafford.

Ironikament Varane beda bl-aħjar mod mar-Red Devils matul dan l-istaġun meta skorja fl-ewwel ġurnata kontra Wolves.

Sadanittant, il-plejer ta’ 30 sena qed jinteressa ferm lil Bayern Munich b’din l-idea qed tħajjar lil dan il-plejer li se jiskadilu l-kuntratt f’Ġunju li ġej.

Ekonomija

Sport