Sunday, November 24, 2024

Rapport jgħid li kumpaniji ġgantesti qed jonqsu milli jilħqu l-miri dwar it-tibdil fil-klima

Aqra wkoll

Uħud mill-ikbar kumpaniji fid-dinja qed jonqsu milli jilħqu l-miri tagħhom fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Dan skont studju li sar fuq 25 korporazzjoni. Ir-rapport li sar mill-New Climate Institute jgħid li dawn il-kumpaniji repetutament jesaġeraw jew jirrapportaw b’mod qarrieqi l-progress li qed jagħmlu. 

Google, Amazon, Ikea, Apple u Nestle kienu fost dawk li r-rapport allega li qed jonqsu milli jagħmlu t-tibdil neċessarju malajr kemm jista’ jkun. Kumpaniji bħal dawn jinsabu taħt pressjoni biex inaqqsu l-impatt li jħallu fuq l-ambjent. Il-pressjoni mhix ġejja biss mill-awtoritajiet iżda anke mill-bosta klijenti tagħhom hekk kif ħafna huma dawk li jridu prodotti li jkunu sostenibbli. 

Uħud mill-kumpaniji msemmija meta tkellmu ma’ BBC News urew in-nuqqas ta’ qbil tagħhom mal-metodi użati f’dan ir-rapport u qalu li huma kommessi li jieħdu l-azzjonijiet neċessarji biex jiġġieldu t-tibdil fil-klima. 

Il-kumpaniji analizzati fir-rapport b’mod konġunt jipproduċu 5% tal-emissjoni tal-gassijiet serra, li jfisser li jekk jagħmlu t-tibdiliet meħtieġa dawn kapaċi jagħmlu differenza kbira. 

Sport