Friday, December 27, 2024

“Rapport li jikkonferma kif Adrian Delia u Bernard Grech mhumiex idjoni għat-tmexxija” – PL

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ir-rapport ta’ due diligence tal-Partit Nazzjonalista kkonferma biss kemm Adrian Delia u Bernard Grech huma żewġ kandidati tal-istess pezza.

Qal dan il-Partit Laburista f’konferenza tal-aħbarijiet hekk kif il-Ħamis filgħaxija ġie ppubblikat ir-rapport ta’ due diligence fil-konfront taż żewġ kandidati li ser jtellqu għat-tmun tal-Partit Nazzjonalista.

Fil-fatt il-Partit Laburista nnota kif ir-rapport tad-due diligence naqas milli jinnota jekk il-kandidati humiex idonji għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. Dan b’kuntrast għal konklużjoni tal-Kummissjoni tal-kandidati tal-Partit Nazzjonalista li qalet li kemm Delia u Grech huma idjoni għat-tmexxija.

Liema konklużjoni dan ir-rapport jirreferi għaliha bħala waħda “prematura” u “bla bażi.”

Il-Partit Laburista nnota wkoll l-iżbilanċ kuntrastanti bejn dak li qal ir-rapport fuq Adrian Delia kkumparat ma’ dak li qal fuq Bernard Grech. Il-President tal-Partit Nazzjonalista Ramona Attard innutat kif minn rapport ta’ 26 paġna kien hemm biss 2 paġni fuq Bernard Grech.

Il-President tal-Partit Laburista qalet ukoll kif dan huwa rapport difettuż li jserraħ biss fuq rapporti tal-midja.

“L-unika konklużjoni li nistgħu nisiltu minn dan ir-rapport huwa li Adrian u Bernard Grech it-tnejn pezza waħda. Bagage, bagalja xejn sabiħa qabel biss ingħataw xi tip ta’ responsabbiltà politika. Aħseb u ara. Jekk din il-Kummissjoni ta’ Due Diligence ma setgħetx isserħilna rasna li dawn iż-żewġ kandidati huma idjonji għal Kap tal-Partit u Kap tal-Oppożizzjoni, kif jistgħu jserrħu rashom il-membri tal-Partit Nazzjonalista, kif jista’ jserraħ rasu l-pubbliku hemm barra?”

Minn naħa tiegħu l-Membru Parlamentari Ewropew Alex Agius Saliba rrimarka kif s-suppost esperti bdew dan ir-rapport bi premura fejn fiha qalu li kellhom nuqqas ta’ ħin u riżorsi.

Semma wkoll in-nuqqasijiet finanzjarji li għandhom fuq rashom kemm Adrian Delia u anke Bernard Grech. Nuqqasijiet li suppost huma responsabbiltà bażika f’pajjiż demokratiku.

Fil-fatt rrimarka kif Adrian Delia gideb dwar il-ħlas ta’ taxxa tiegħu. L-istess imur għal Bernard Grech.

Dr Grech did not provide the panel with a complete picture of his tax issues. Imma dan Bernard Grech anke fl-istadju li għadu biss kandidat għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, kandidat li għada pit għada jista’ jkun Kap tal-Oppożizzjoni ta’ dan il-pajjiż, beda jqarraq fuq xi ħaġa daqstant bażika internament fi ħdan l-istess Partit tiegħu? Immaniġaw la gideb lill-Kummissjoni interna Bernard Grech kemm kapaċi jbażwar meta jiġi elettorat Malti u Għawdxi.”

Ekonomija

Sport