Thursday, December 26, 2024

Rapporti li l-eks kantant ta’ Lostprophets attakkat b’sikkina fil-ħabs

Aqra wkoll

L-eks kantant ta’ Lostprophets Ian Watkins ġie attakkat fil-ħabs hekk kif bħalissa qed jiskonta sentenza ta’ 29 sena priġunerija għal reati sesswali fuq tfal.

Qed ikun irrapportat li Watkins, li qed jinżamm HMP Wakefield, qala’ daqqiet ta’ arma li taqta’ u bil-ponta.

Kelliem għall-ħabs qal li l-pulizija qiegħda tinvestiga dan l-inċident li seħħ is-SIbt li għadda u li f’dan l-istadju ma setgħux jagħtu aktar kummenti.

Watkins intbagħat il-ħabs f’Diċembru tal-2013 għal sensiela ta’ reati sesswali fuq it-tfal, inkluż l-attentat ta’ stupru fuq tarbija. 

Ekonomija

Sport