Monday, November 18, 2024

Rapporti li l-ġenituri ta’ Pelin iridu lil Camilleri mejjet

Aqra wkoll

Hekk kif aktar kmieni ngħatat l-aħħar tislima lil Pelin Kaya, il-vittma tal-inċident tat-traffiku fatali fil-Gżira, komplew jiżdiedu r-rapporti b’rabta ma’ dan li seħħ fit-Turkija.

Skont rapporti minn Istanbul, l-omm qalet li hi tħossha li mietet mal-aħbar tal-mewt tal-għażiża bintha. Skont l-istess rapporti hija kellha kliem iebes fil-konfront tal-akkużat Jermie Camilleri. 

Hija kienet saħansitra kwotata tgħid li tistenna u titlob bil-ħniena lill-awtoritajiet Torok u dawk Maltin biex jaraw li ssir ġustizzja magħhom billi “jew joqtlu lill-akkużat jew jagħtuh piena li tixraqlu… bħala omm jiena nħoss li dan għandu jseħħ”, kompliet tgħid Çiçek Kaya hi u tibki u tgħannaq it-tebut ta’ bintha.

Skont l-istess rapporti, il-missier İsmet Kaya ukoll kellu kliem iebes fil-konfront ta’ Camilleri sostna li jemmen li dan qatel lil binthom b’mod intenzjonat. Saħaq li jekk kemm-il darba jirriżulta hekk, l-akkużat għandu jingħata l-iktar piena ħarxa possibbli.

Ekonomija

Sport