Monday, December 9, 2024

Rapporti ta’ skart f’Kemmuna… l-ERA tintervjeni

Aqra wkoll

Wara li dan is-sit kien ġibed l-attenzjoni u rapporti oħra li waslu għand l-ERA rigward l-iskart f’Kemmuna, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi ħadet azzjoni billi talbet lill-operaturi biex jinstallaw bins adegwati fil-viċinanza ta’ fejn kien qed jinġemgħa l-iskart.

Fi stqarrija, l-ERA qalet li tinsab ukoll f’diskussjonijiet mal-MTA biex tikkunsidra miżuri addizzjonali biex tiżgura li sitwazzjonijiet simili ma jerġgħux iseħħu.

L-ERA qalet ukoll li għaddejjin diskussjonijiet mal-Ministeru għal Għawdex biex tiġi assigurata skeda adegwata ta’ tindif ġewwa Kemmuna.

Sadanittant, Ambjent Malta qed twettaq assessjar rigward l-iskart preżenti fuq Kemmuna, u wara l-iskart preżenti se jitnaddaf. Ambjent Malta se żżid ukoll is-sorveljanza tagħha fuq din il-gżira fil-jiem li ġejjin.

L-ERA fakkret lill-pubbliku u lill-operaturi biex jarmu l-iskart fil-kontenituri xierqa sabiex jissalvagwardjaw l-ambjent naturali.

Ekonomija

Sport