Thursday, April 25, 2024

Rasmus Hojlund minflok Dusan Vlahovic?

Aqra wkoll

Hekk kif id-direttur sportiv Cristiano Giuntoli mistenni jkun uffiċjalizzat minn Juventus, dan tal-aħħar diġa’ beda jaħdem sabiex isaħħaħ lit-tim.

Fil-fatt jidher li l-futur ta’ Dusan Vlahovic mal-Bianconeri hu ferm inċert, b’Giuntoli li jrid lil Rasmus Hojlund minfloku. Hu kien diġa’ riedu meta kien jaħdem ma’ Napoli u issa għalih sar l-objettiv ewlieni mal-Bianconeri.

Hojlund għandu 20 sena u jilgħab bħala attakkant. Il-plejer Daniż jinsab reġistrat ma’ Atalanta fejn matul l-istaġun li għadda lagħab 32 logħba u skorja disa’ gowls.

Sport