Monday, November 11, 2024

RATINGS TA’ PAJJIŻNA U L-PASS LI JMISS

Aqra wkoll

L-aġenzija ta’ kreditu internazzjonali Moody’s, ikkonfermat ir-rating ta’ A2 għall-ekonomija Maltija u tejbet il-prospetti tagħha għal Malta għal “stabbli”. Dan ikompli jsaħħaħ dak li ftit tal ġranet ilu, l-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu, Fitch Ratings ikkonfermat ir-rating ta’ A+ bi prospetti stabbli, għal pajjiżna. 

Dawn ir-riżultati ma ġewx b’koinċidenza imma front ta’ politika ekonomika tal-gvern li qed taħdem u li tiggarantixxi stabbiltà u wisq aktar tkabbir. Tassew, għax ir-rating ta’ Malta huwa frott ukoll ta’ tkabbir ekonomiku b’saħħtu qabel il-pandemija, b’medja ta’ 7.2% bejn l-2015 u l-2019. Dan kien xprunat b’għadd ta’ riformi f’għadd ta’ oqsma ekonomiċi bħal e-gaming, il-finanzi u t-turiżmu. Huwa frott ta’ gvern li fil-pandemija kien ta’ sostenn qawwi għall-industrija, għall-ħaddiema u għall-familji. Huwa frott ta’ gvern illi ggarantixxa u għadu jiggarantixxi stabbiltà f’setturi kritiċi fosthom l-enerġija. U filwaqt li pajjizi oħra qed jippruvaw isibu saqajhom, il-gvern qed jimplimenta l-viżjoni ekonomika tiegħu għal għaxar snin li ġejjin, qed jagħmel mill-innovazzjoni punt kardinali għall-ekonomija Maltija. U dan kollu wassal biex għalkemm id-dejn tela’ għal 53.4% fl-2020, iżda l-gvern irnexxielu jilħaq il-miri fiskali tiegħu u d-defiċit niżel u qed jiġi stmat li se jkompli jinżel taħt it-3% sal-2025.

L-akbar sfida tibqa’ r-riżorsi umani. Għaldaqstant huwa kruċjali l-enfasi li l-gvern qed jagħmel fuq  it-taħrig biex inżidu il-ħiliet tal-ħaddiema permezz ta’ proċess ta’ upskilling u reskilling. Dan huwa importanti u kruċjali meta wieħed jieħu f’kunsiderazzjoni l-aspirazzjonijiet u l-ambizjonijiet ekonomiċi li għandu l-gvern għal Malta tal-lum u ta’ għada. 

Sport