Tuesday, April 23, 2024

Il-konferenza stampa ta’ Cristiano Ronaldo ddum biss żewġ minuti u 12-il sekondi

Aqra wkoll

Cristiano Ronaldo kellu konferenza stampa mill-aktar qasira r-rebħa tal-Portugall bl-iskor ta’ 3-2 fuq il-Ghana, nhar il-Ħamis.

Il-ħames darbiet rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb kiteb l-istorja meta sar l-ewwel player tal-irġiel li skorja f’ħames fażijiet tat-Tazza tad-Dinja wara li fetaħ l-iskor b’penalty fit-tieni taqsima.

Andre Ayew kiseb id-draw għall-Ghana qabel Joao Felix u Rafael Leao ipprovdew goals mill-isbaħ minn minn passes deft ipprovduti minn Bruno Fernandes.

Imbagħad Osman Bukari daħħal lit-team tiegħu fil-partita iżda ma kienx fadal ħin biex Ghana jsalvaw il-logħba.

Ronaldo ġie vvotat bħala l-”Player tal-Logħba” u għaldaqstant ried jaqdi d-dmirijiet biex jiffaċċja lill-media. 

Madankollu, il-player ta’ 37 sena, issa mingħajr club wara li bi qbil reċiproku telaq lil Manchester United, dam biss żewġ minuti u 12-il sekonda qabel telaq ‘il barra. 

Dan minħabba li huwa ġie mistoqsi fuq il-kwistjoni tiegħu mar-Red Devils. 

Huwa wieġeb: “Dan huwa mument li jagħmilni kburi ħafna li ksirt dan ir-rekord.

“Il-kapitlu ta’ Manchester United huwa magħluq. Jien qiegħed hawn biex nirbaħ … mill-bqija ma jimpurtani minn xejn.”

B’kollox Ronaldo skorja tmien goal fil-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja … bl-ewwel wieħed ikun kontra l-Iran, fl-2006, li ntlagħbet fil-Ġermanja.

Sport