Fl-aħħar jiem saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ Roma Club Malta
Ray Sant reġa’ ġie kkonfermat bħala president, kariga li ilu jokkupa sa mill-2005. Mark Galea u Ivan Vella se jkunu s-Segretarju Ġenerali u t-Teżorier rispettivament.
Il-kumplament tal-Kumitat hu magħmul minn Claudio Attard, Leslie Taliana, Simon Zahra, Lawrence Bugelli, Robert Busuttil, Andrea Farrugia, Luke Ellul u Johann Schembri.
Il-president Sant għamel eloġju lill-erba’ membri l-ġodda fi ħdan il-Kumitat, għall-enerġija u entużjażmu li wrew f’din il-laqgħa.
L-ex player ta’ Roma Sebino Nela,rebbieħ tas-Serie A mal-Giallorossi hu l-President Onorarju tal-klabb Malti. Matul dan l-istaġun, Roma Club Malta se jkunu qed jiċċelebraw il-50 sena anniversarju u għalhekk mistennija jiġu organizzati attivitajiet li jikkommemoraw dan l-anniversarju.
Fost l-inċentivi għall-membri tal-club, hemm żewġ biljetti b’xejn għall-partiti ta’ Roma fi Tribuna Tevere Stadio Olimpico fuq bażi ta’ dawk li japplikaw l-ewwel.