Tuesday, May 14, 2024

Rebħa komda għal Max Verstappen fil-GP ta’ Franza

Aqra wkoll

Il-leader tal-kampjonat tal-Formula Wieħed, Max Verstappen, irnexxielu jikseb rebħa komda fil-Grand Prix ta’ Franza il-Ħadd wara nofsinhar wara li Charles Leclerc tal-Ferrari kellu jirtira waqt li kien qiegħed fl-ewwel post meta fit-18-il dawra ħabat mat-tyres tas-sigurtà, u ħareġ mingħajr ma weġġa’ mill-karozza tiegħu.

Verstappen fuq Red Bull kiseb vantaġġ ta’ 10 sekondi fuq Lewis Hamilton li kiseb it-tieni post waqt li George Russell qabeż lir-Red Bull ta’ Sergio Perez fl-aħħar dawriet biex kiseb it-tielet post.

Din kienet is-seba’ rebħa tal-istaġun għal Verstappen biex bena vantaġġ ta’ 63 punt fuq Leclerc u saħħaħ iċ-ċansijiet tiegħu li jikseb it-tieni titlu konsekuttiv tas-sewwieqa.

Sieħbu Carlos Sainz, li rebaħ il-GP tal-Ingilterra f’Silverstone, kien f’pożizzjoni tajba biex jisfida għall-podju qabel deċiżjoni sorprendenti li jidħol fil-pit-stop tard fit-tellieqa tellfitu wisq ħin u kellu jikkuntenta biss bil-ħames post.

Sport