Real Madrid ġabru lista ta’ għażliet għal Pjan B, jekk jonqsu milli jiffirmaw lill-istilla ta’ Borussia Dortmund, Jude Bellingham, fis-sajf li ġej.
Il-ġganti tal-Premier League, Liverpool, huma lesti jissieltu kontra Los Blancos biex itemmu mossa għall-internazzjonali Ingliż qabel ma jibda l-istaġun 2023-24.
Il-profil taż-żagħżugħ ta’ 19-il sena kompla, wara li kellu rwol ewlieni fil-mixja tal-Ingilterra sal-kwarti-finali tat-Tazza tad-Dinja li għaddiet, u l-valur tat-trasferiment tiegħu issa tela’ għal €150 miljun.
Min-naħa tagħhom il-ġganti tal-Bundesliga m’huma taħt l-ebda pressjoni biex ibiegħuh bid-direttur sportiv, Sebastian Kehl, jgħid li qed jikkunsidraw offerta ta’ estensjoni tal-kuntratt lill-player adolexxenti.
Skond rapporti minn fil-midja Spanjola, Real Madrid huma miftuħa għal midfielders oħra, jekk jiġu mxekkla fl-ispinta għal Bellingham, bl-istilla ta’ Newcastle United, il-Brażiljan Bruno Guimaraes joħroġ bħala mira ewlenija.
Guimaraes huwa player kruċjali għall-Magpies, u se jissieltu biex iżommuh f’St, James’ Park, iżda l-player huwa ammiratur fit-tul tal- Madrileni.
Midfielder ieħor li qed jissemma’ mal-Madrileni huwa l-kompatrijott ta’ Guimaraes, Fabinho,li dan l-istaġun naqqas ħafna mil-logħob tiegħu għal Liverpool.