Hekk kif inhu fatt magħruf li l-winger internazzjonali Spanjol ta’ Real Madrid Marco Asensio se jkun qed jiskadilu l-kuntratt f’Ġunju li ġej, id-diskussjonijiet sabiex ikun hemm tiġdid għadhom ftit lura.
Jidher li wieħed mill-problemi li qed isibu Los Blancos hu proprju fis-salarju tiegħu hekk kif id-diriġenti Madrileni ma jixtiqux iżidulu l-paga tiegħu ħafna.
Asensio qed jagħrbel sew is-sitwazzjoni fejn sadanittant qed jistudja wkoll l-offerti li qed jagħmlulu Juventus u Milan li jixtiequ jiksbu l-firma tiegħu.