Real Madrid qed jippreparaw biex joffru lid-difensur ċentrali ta’ Chelsea, Antonio Rudiger kuntratt li jiswa £6.8 miljun fis-sena biex imur jilgħab fil-Bernabeu bi free transfer fis-sajf li ġej.
Il-player ta’ 28 sena, li jkompli jkun marbut bil-qawwa ma’ trasferiment ma’ Bayern Munich, għadu ma ffirmax ftehim ġdid fi Stamford Bridge, u kif inhu hekk, se jkun free agent f’Ġunju li ġej.
Clubs barranin ikunu jistgħu jitkellmu mal-internazzjonali tal-Ġermanja fil-bidu tas-sena jekk ma jiffirmaw kuntratt ġdid mat-team ta’ Thomas Tuchel fil-ġimgħat li ġejjin.
Real Madrid huma determinati li jġibu lid-difensur fil-kapitali Spanjola u huma lesti li joffrulu termini ta’ qligħ.
Il-Los Blancos se jpoġġu offerta ta’ £6.8m fis-sena fuq il-mejda, minbarra li jagħtu lill-Ġermaniż bonus sostanzjali għall-iffirmar.
Rudiger reġa’ kien player ewlieni għat-team ta’ Tuchel matul l-istaġun 2021-22, u għamel 10 dehriet fil-kompetizzjonijiet kollha, u skorja darba fil-proċess.
Real Madrid huma ħerqana li jiffirmaw mill-inqas difensur wieħed ġdid is-sajf li ġej, wara li ppermettew kemm lil Sergio Ramos kif ukoll lil Raphael Varane jitilqu mill-club qabel l-istaġun attwali.