Saturday, September 14, 2024

Real Madrid iridu jġeddu l-ftehim ma’ Eduardo Camavinga

Aqra wkoll

Id-diriġenti ta’ Real Madrid se jkunu qed ikellmu lill-aġent ta’ Eduardo Camavinga sabiex jiftiehmu fuq tiġdid fil-kuntratt tiegħu, preferibilment sas-sena 2028. Il-ftehim attwali jara lil Camavinga marbut sas-sena 2027 iżda wara l-wirjiet pożittivi li qed ikollu fil-grawnd, kienet xi ħaġa naturali li javviċinawh jestendi ż-żmien tiegħu f’Estadio Santiago Bernabeu.

Camavinga għandu 20 sena u hu ta’ nazzjonalita’ Franċiża. Hu ilu mal-Madrileni sa mis-sena 2021 fejn lagħab 70 logħba u skorja żewġ gowls.

Ekonomija

Sport