Real Madrid qed jippjanaw li jestendu l-kuntratt ta’ Luka Modric mal-club sa Ġunju 2023.
Il-ftehim attwali tal-Kroat mal-Los Blancos għandu jiskadi fis-sajf li ġej, iżda huwa jibqa’ player ewlieni għall-ġganti mill-kapitali Spanjola, billi pprovda ħames assists fi 17-il dehra għat-team ta’ Carlo Ancelotti dan l-istaġun.
Dan l-aħħar il-player ta’ 36 sena ġie marbut ma’ ċaqliq lejn Manchester City fost suġġerimenti li kien qed jikkunsidra li jirritorna fil-Premier League qabel l-istaġun 2022-23.
Madankollu, il-leaders tal-La Liga qed jippreparaw biex jagħtu estensjoni lill-midfielder ta’ esperjenza sa Ġunju tal-2023.
Huwa mifhum li Ancelotti u l-‘bord kollu ta’ Real Madrid’ għadhom iqisu lil Modric bħala ‘player ewlieni’ minkejja l-etá avvanzata tiegħu.
L-internazzjonali tal-Kroazja għamel 408 dehra għal Los Blancos minn mindu ngħaqad magħhom mingħand Tottenham Hotspur fl-2012, u fil-proċess rebaħ żewġ titli tal-La Liga, Copa del Rey u erba’ edizzjonijiet taċ-Champions League.