Friday, October 11, 2024

Real Madrid jippreżentaw lil Kylian Mbappe

Aqra wkoll

Il-president ta’ Real Madrid Florentino Perez laqa’ f’Estadio Santiago Bernabeu lill-attakkant il-ġdid tiegħu Kylian Mbappe. L-eks skorer prolifiku ma’ AS Monaco, Paris St Germain se jkun qed jibda avventura ġdida mal-Merengues.

Perez faħħar il-professjonalita’ ta’ Mbappe u laqgħu f’dik li sejħilha d-dar il-ġdida tiegħu. Eluf ta’ partitarji raw din il-preżentazzjoni bi Mbappe li f’diskors qasir qal li meta darba Zinedine Zidane ħadu miegħu f’dan il-grawnd meta kien għad kellu biss 13-il sena ħass xi ħaġa inspjegabbli f’qalbu.

Huwa sostna li din kienet ħolma li saret realta’ u issa jrid jaħdem qatigħ sabiex ikompli jagħmel dan il-klabb aktar rebbieħ.

Sport