Vinicius Jr skorja hat-trick fl-ewwel taqsima biex għen lil Real Madrid jirbħu s-Super Cup Spanjola meta fil-finali għelbu lil Barcelona bl-iskor ta’ 4-1.
Il-winger skorja darbtejn fl-ewwel 10 minuti biex poġġa lit-team ta’ Carlo Ancelotti fil-kontroll tal-logħba li ntlagħbet fl-Arabja Sawdija.
Robert Lewandowski naqqas il-marġni għall-Barca iżda Vinicius ikkonverta penalty fid-39 minuta biex reġa’ rrestawra l-vantaġġ ta’ żewġ gowls lil Los Blancos.
Rodrygo mbagħad żied ir-raba’ wieħed fit-tieni taqsima qabel ma tkeċċa Ronald Araujo biex kompla l-miżerja ta’ Barca.
Vinicius, li riċentament irritorna minn injury fil-hamstring f’Novembru li għadda, iċċelebra l-ftuħ tiegħu biċ-ċelebrazzjoni famuża tal-gowa ta’ Cristiano Ronaldo ‘SIU’ ġewwa l-King Saud University Stadium ta’ Al Nassr – fejn bħalissa jilgħab l-eks player ta’ Real Madrid.
Huwa qal: “Iċ-ċelebrazzjoni kienet iddedikata lil Cristiano Ronaldo, għax huwa l-idolu tiegħi u issa jilgħab hawn.”
Ir-rebħa kienet it-tielet waħda konsekuttiva ta’ Madrid f’El Clasico li tathom it-13-il suċċess tas-Super Cup – wieħed inqas mir-rekord ta’ 14-il rebħa ta’ Barcelona.