Wednesday, July 24, 2024

Serie A: Milan isaħħu t-tielet post

Aqra wkoll

Fis-Serie A, Milan għelbu lil Roma bl-iskor ta’ 3-1 biex saħħew it-tielet post billi fetħu vantaġġ ta’ tmien punti fuq Fiorentina li jinsabu fir-raba’ pożizzjoni. 

Iż-żewġ timijiet kienu ġejjin mill-eliminazzjoni tal-Coppa Italia u għaldaqstant riedu rebħa akkost ta’ kollox. 

Filwaqt li r-Rossoneri saħħew l-għanijiet tagħhom li jikkwalifikaw għall-UEFA Champions League, il-Giallorossi ħadu skoss qawwi li jkomplu jisfidaw għaż-żona Ewropa. 

Il-goal ta’ Milan waslu mit-tliet player Franċiżi, Yacine Adli (11), Olivier Giroud (56) u Theo Hernandez (84) filwaqt li Leandro Paredes (69 pen) naqqas il-marġni tal-iskor għal Roma. 

Ekonomija

Sport