Real Madrid għandhom il-fondi meħtieġa biex jiffirmaw kemm lil Kylian Mbappe ta’ Paris Saint-Germain kif ukoll lil Erling Braut Haaland ta’ Borussia Dortmund fis-sajf li ġej.
Il-ftehim ta’ Mbappe f’Pariġi għandu jiskadi f’Ġunju li ġej, li jfisser li, l-Los Blancos ikunu jistgħu javviċinaw lill-internazzjonali ta’ Franza biex jiddiskutu pre-kuntratt fil-bidu tal-2022.
Il-club immexxi minn Carlo Ancelotti wkoll qed ikompli jiġi akkreditat b’interess f’Haaland, li se jkollu klawsola ta’ release fil-kuntratt tiegħu ta’ Dortmund fis-sajf li ġej.
Real Madrid għandhom is-saħħa finanzjarja meħtieġa biex jiffirmaw kemm lil Mbappe kif ukoll lil Haaland, b’Mbappe potenzjalment jasal bi free transfer, għalkemm b’pagi għoljin.
It-tluq probabbli ta’ Gareth Bale, Marcelo u Isco fis-sajf li ġej se jnaqqas il-baġit tal-pagi b’mod sinifikanti, u jippermetti lill-ġganti Spanjoli jerġgħu jinvestu fl-iskwadra.
Manchester City huma wkoll maħsuba li huma interessati f’Mbappe, filwaqt li clubs bħal Manchester United, Chelsea u Barcelona jistgħu jikkompetu għall-firma ta’ Haaland fl-2022.