Real Madrid qed isiru dejjem aktar kunfidenti li jiffirmaw lill-midfielder ta’ Manchester United Paul Pogba bi free transfer fis-sajf li ġej.
Il-ftehim eżistenti tal-internazzjonali ta’ Franza fil-Bernabeu għandu jiskadi f’Ġunju 2022, u Man United qed jitħabtu biex jaslu għal ftehim mar-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 dwar estensjoni.
Real Madrid x’aktarx ma jmorrux għal Pogba f’Jannar iżda jemmnu li se jkunu jistgħu jiffirmaw lill-player ta’ 28 sena qabel l-istaġun 2022-23.
Il-midfielder beda l-istaġun il-ġdid f’forma impressjonanti għar-Red Devils, u pprovda ħames assists fi tliet dehriet fil-Premier League.
Paris Saint-Germain huma maħsuba li kienu ħerqana li jiffirmaw lil Pogba matul is-sajf, iżda l-interess tagħhom intemm meta Lionel Messi wasal fil-kapitali Franċiża bi free transfer.
Real Madrid huma wkoll mistennija li jimmiraw kemm għal Erling Braut Haaland ta’ Borussia Dortmund kif ukoll għal Kylian Mbappe ta’ PSG is-sena d-dieħla bħala parti minn ri-strutturar fil-club.