Friday, April 19, 2024

Brian Cachia u Steven Genovese iż-żewġ Maltin li nqatlu fl-attakki tal-9/11

Aqra wkoll

Filmat – ALAN SALIBA

Illum, id-dinja u l-Istati Uniti, qed ifakkru l-20 sena anniversarju minn meta l-Al Qaeda, il-grupp estremist Iżlamiku attakka lit-Twin Towers wara li kiseb il-kontroll ta’ żewġ ajruplani tal-passiġġieri.

Forsi ftit huma dawk li huma konxji, iżda pajjiża, forsi mhux direttament, intlaqgħet minn din it-traġedja, hekk kif tnejn minn uliedu inqatlu f’dawn l-attakki li ħallew kważi 3,000 persuna maqtula.

YouTube video

Fil-fatt Brian Cachia u Steven Genovese, huma ż-żewġ Maltin li tilfu ħajjithom f’dan l-att terroristiku. Intant skont informazzjoni li għandi talk.mt permezz ta’ Charles Spiteri, eks-suldat li ġġieled fil-gwerra tal-Vjetnamm, Cachia ma kellux ikun xogħol dakinhar tal-attakki.

Spiteri, bil-għan li jfakkar il-memorja ta’ dawn iż-żewġ “eroj” kien għamel mural, imdendel fil-bini tal-General Workers Union, li jonora lil Cachia u l-Genovese.

Sport