Saturday, July 25, 2026
Home Covid-19 COVID-19 – 31 persuna l-isptar, 3 fl-ITU u jmut anzjan ta’ 96...

COVID-19 – 31 persuna l-isptar, 3 fl-ITU u jmut anzjan ta’ 96 sena

0
886

34 każ ġdid u 50 imfejqa

Matul l-aħħar 24 siegħa, b’rabta mal-imxija tal-COVID-19, instabu 34 każ ġdid filwaqt li kienu ddikjarati mfejqa 50 persuna.

Bħalissa fl-isptar Mater Dei hemm 31 persuna, tlieta minn dawn jinsabu rikoverati fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

B’rabta mal-COVID-19 tħabret il-mewt ta’ anzjan ta’ 96 sena.