Real Madrid sofrew it-tieni telfa tal-istaġun meta marru għand Villarreal u ħarġu telliefa bl-iskor ta’ 2-1 biex naqsu li jitilgħu waħedhom fl-ewwel post tal-klassifika.
Wara taqsima mingħajr goals, kien Yeremi Pino (47) li fetaħ l-iskor meta approfitta minn pass ħażin ta’ Ferland Mendy.
Iżda mas-siegħa logħob, il-Madrileni kisbu d-draw minn penalty ta’ Karim Benzema wara li Juan Foyth ġie ġġudikat li mess il-ballun b’idu fil-kaxxa liema deċiżjoni ġabet magħha ħafna protesti.
Dan il-goal kein il-227 personali tal-attakkant Franċiż fil-Kampjonat Spanjol biex issa tela’ fis-sitt post fil-lista tal-aqwa skorers ta’ kull żmien, flimkien mal-leġġenda ta’ Real, Alfredo di Stefano.
Appena għaddew tliet minuti, Villarreal rebħu penalty meta David Alaba waqqa’ li Gerard Moreno fil-kaxxa biex mill-11-il metru l-istess Moreno ma żbaljax.