Sunday, December 22, 2024

Real Madrid qed iħejju biex iċedu erba’ players biex ….

Aqra wkoll

Real Madrid qed iħejju biex iċedu erba’ players tal-ewwel team sabiex jiffinanzjaw trasferiment għad-difensur ċentrali ta’ Chelsea, Antonio Rudiger.

L-internazzjonali Ġermaniż għadu ma ffirmax ftehim ġdid fi Stamford Bridge, li jfisser li se jkun liberu li jkollu diskussjonijiet ma’ clubs barranin fil-bidu tal-2022.

Real Madrid jibqgħu marbuta mad-difensur ċentrali, u t-team ta’ Carlo Ancelotti se jċedi erba’ players biex joffri lil Rudiger ftehim ta’ £200,000 fil-ġimgħa fil-Bernabeu.

Huwa mifhum li Gareth Bale, Marcelo u Isco – kollha bla kuntratt f’Ġunju li ġej – se jitħallew iħallu l-club bi free transfer.

Intant, il-ġganti Spanjoli huma determinati li jsibu club xerrej għal Eden Hazard, li tħabat biex iħalli l-marka tiegħu fil-club minn meta ngħaqad mal-Madrileni mingħand Chelsea fl-2019.

Liverpool huma interessati li jiffirmaw lil Hazard, iżda Manchester United jingħad li huma wieħed mill-erba’ clubs li rrifjutaw iċ-ċans li jiffirmaw lill-player ta’ 30 sena s-sena d-dieħla.

Ekonomija

Sport