Tuesday, April 23, 2024

Luka Jovic determinat li jitlaq mill-Bernabeu f’Jannar

Aqra wkoll

L-attakkant ċentrali ta’ Real Madrid, Luka Jovic, huwa determinat li jitlaq mill-Bernabeu matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.

Il-player ta’ 23 sena rnexxielu jiskorja biss żewġ goals f’39 dehra għal Los Blancos minn meta ngħaqad mal-club mingħand Eintracht Frankfurt f’Lulju 2019.

Jovic deher f’seba’ okkażjonijiet fil-kompetizzjonijiet kollha dan l-istaġun iżda lagħab biss għal total ta’ 95 minuta, u tħalla fuq il-bank għall-konfront tal-La Liga ta’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet kontra Elche minkejja l-fatt li Karim Benzema ma kienx disponibbli għall-kompetizzjoni minħabba injury.

Numru ta’ clubs, fosthom Arsenal u Liverpool, ġew ikkreditati b’interess fl-internazzjonali Serb, u l-attakkant qed ‘jikkunsidra bis-serjetà’ il-futur tiegħu.

Ir-rapport isostni li Jovic qed jippjana li jħalli l-club f’Jannar, u jkun miftuħ li jagħmel dan fuq bażi permanenti jekk tasal l-opportunità t-tajba.

L-attakkant, li għad fadallu erba’ snin fil-kuntratt tiegħu fil-Bernabeu, qatta’ t-tieni nofs tal-istaġun li għadda b’self mal-ex club ta’ Eintracht Frankfurt.

Sport